Spettaklu qabel il-partita bejn Malta u l-Italja

 Spettaklu qabel il-partita bejn Malta u l-Italja

Is-supporters nazzjonali ta’ Malta, is-South End Core, qed jippreparaw spettaklu qabel il-partita bejn Malta u l-Italja, b’divertiment għall-familja kollha.

L-attività fil-Fan Zone se tibda fis-1400 bis-sehem ta’ DJs lokali: Carlo Gerada, MyKill, Denzel Armani u Miggy. Apparti l-mużika, se jkun hemm ukoll żona għat-tfal b’numru ta’ attivitajiet għalihom.

Il-logħba bejn Malta u l-Italja se tkun qed tintwera fuq big screen fil-Fan Zone għal dawk li ma laħqux biljetti.

Intant, is-South End Core qed jippreparaw ukoll briju spettakolari f’Ta Qali fost sorpriżi oħra.

Il-logħba bejn Malta u l-Italja se tkun għada l-Ħadd, fid-2045.

Ritratt South End Core: Aldrin Seychell

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com