Trid tirbaħ €5,000?

 Trid tirbaħ €5,000?

Dan is-sajf tista’ tidħol fiċ-ċans li tirbaħ €5,000.

Jekk inti dilettant tat-tisjir fuq il-BBQ, ma għandekx għalfejn taħsibha darbtejn biex tapplika għal dan il-programm.

BBQ League, ippreżentat minn Danusan u li jixxandar fuq ONE TV, se jidħol fit-tielet edizzjoni tiegħu. F’dan il-programm timijiet differenti jikkompetu bejniethom billi jsajru ikliet differenti fuq il-BBQ u xi sfidi ma jonqsux.

Jekk inti taħseb li għandek il-kwalitajiet biex tieħu sehem, tidħol għal kompetizzjoni b’ruħek u ġismek, u wara kollox tixtieq €5,000 f’idejk, applika billi tidħol fuq maltabbqleague.com. Il-filming se jsir bejn Mejju u Ġunju li ġej. Il-postijiet huma limitati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com