“Xi titjiriet se jkunu affettwati”

 “Xi titjiriet se jkunu affettwati”

MIA Shoot 2021MIA Shoot 2021

Ajruplan żgħir kien involut f’inċident fuq ir-runway ewlenija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li l-inċident seħħ f’12.21pm.

Fuq il-post isseħħu t-tim tas-Servizzi ta’ Salvataġġ u tat-Tifi tan-Nar. F’dan l-inċident ħadd ma weġġa’.

Filwaqt li r-runway ewlenija hija limitata għat-tluq tal-ajruplani, ir-runway l-oħra qed tintuża għall-inżul.

L-Ajruport żied jgħid li minħabba dan l-inċident, xi titjiriet se jkunu affettwati.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta skuża ruħu għal kull inkonvenjent li nħoloq.

Ritratt: MIA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com