4 postijiet li għandek iżżur ġewwa Ċipru ta’ Fuq

 4 postijiet li għandek iżżur ġewwa Ċipru ta’ Fuq

The harbor at Kyrenia (Girne) in the Turkish Republic of Northern Cyprus.

Ċipru hija waħda mill-iżjed postijiet imfittxija mit-turisti fis-sajf.

Xi ħaġa interessanti li forsi ma kontx taf dwar Ċipru hi li hija t-tielet l-ikbar iżola fil-Mediterran, wara Sqallija u Sardenja.

Wara d-diffikultajet li ltaqgħet magħhom fl-1974, Ċipru nqassmet fi tnejn, Ċipru ta’ Fuq u Ċipru t’Isfel.

Minbarra li vera sigura, in-Naħa ta’ Fuq ta’ Ċipru hija rħas biex tixtri l-affarijiet, iktar rurali iżda din qed tiżviluppa b’ritmu mgħaġġel, l-iktar dawk iż-żoni tal-bajjiet.

Hemm ħafna lukandi mill-isbaħ, bosta minnhom ta’ 5 stilel u huma popolari man-nies minn madwar id-dinja.

Illum se nesploraw flimkien l-iżjed 4 postijiet mill-isbaħ fin-Naħa ta’ Fuq ta’ Ċipru.

1. Il-Port ta’ Girne/Kyrenia

  • Li hemm sabiħ f’dan il-post huwa li in-naħa ta’ wara ta’ dan il-port huwa mdawwar bil-muntanji u b’ħafna ħdura
  • Fi ftit minuti tista’ tmur mill-muntanji għall-bajjiet, li huma apprezzati ħafna mit-turisti
  • Viċin issib il-post fejn il-vapuri, li joperaw bejn Ċipru u t-Turkija b’mod regolari – il-vjaġġ idum madwar sagħtejn
  • F’Kyrenian u fil-madwar hemm ħafna lukandi, bosta minnhom huma ta’ 4 u 5 stilel, u joffru ħafna servizzi bħal spas, divertiment, casinos, pixxini, aċċess għall-bajjiet, li jagħmlu ż-żona iżjed popolari mat-turisti
  • Hemm il-Kastell ta’ Girne u l-Mużew tan-Nawfraġju (Shipwreck Museum)

2. Famagusta

  • Famagusta hija belt fuq il-kosta tal-Lvant ta’ Ċipru
  • Fiha nsibu l-iżjed port fond tal-iżola
  • Famagusta kienet l-iktar belt b’port importanti tal-gżira u minnu kien isir ħafna kummerċ mal-portijiet tal-Levant u kien mezz biex in-negozjanti setgħu jġorru il-merkanzija tagħhom lejn l-Ewropa tal-Punent.
  • Din il-belt instabet madwar274 QB, wara li seħħ terremot
  • Il-Knisja ta’ San Pietru u San Pawl ġiet mibdula f’Moskea fl-1571 u l-isem tagħha sar il-Moskea ta’ Sinan Pasha
  • Fil-Perjodu Venezjan – bdew jemmnu li l-ġid ta’ nies jista’ jitkejjel mill-knejjes li bnew. Dan it-twemmin ispira lin-negozjanti biex ikollhom knejjes mibnija fi stili differenti.
  • Dawn il-knejjes, li għadhom jeżistu, kienu r-raġuni għaliex Famagusta saret magħrufa bħala “id-distrett tal-knejjes”.
  • L-iżvilupp tal-belt iffoka fuq il-ħajja soċjali tan-nies sinjuri u kien iċċentrat fuq il-palazz Lusyan, il-Katidral, il-Pjazza u l-port.

3.Salamis Famagusta u Varosha

  • Dan huwa vjaġġ ideal biex tara l-ħajja ta’ kuljum tan-nies tal-eqdem fil-belt ta’ San Barnaba, Salamis.
  • Din il-Belt Rumana ta’ Salmis, bil-mitoloġija tagħha, it-Teatru Ruman, il-banju u l-latrini kif ukoll il-mużajk tagħha li għandhom mal-2000 sena, hija ġenna tal-art għal dawk li jħobbu l-Istorja u l-Arkeoloġija.
  • Meta żżur il-Monasteru ta’ San Barnaba, se jkollok iċ-ċans li titgħallem dwar il-Knisja Ortodossa Griega u  l-istorja Nisranija Birkirija tal-iżola. Hemmhekk issib l-ikona u l-mużew tal-arkeoloġija bis-sejbiet rikki tagħha kif ukoll il-qabar ta’ San Barnaba.
  • Viċin issib il-belt il-qadima ta’ Famagu Din għandha ħitan twal (3,5km) li jmorru lura għal żminijiet Venezjani. Hemm ukoll port, ħafna fdalitijiet tal-knisja, il-Kastell Othello u l-Katridral ta’ San Nikola (issa msejjaħ il-Moskea ta’ Lala Mustafa Pasha) li għandu stil Gotiku.
  • Wara tista’ żżur iż-żona li tinsab fil-viċin jisimha “Varosha” magħrufa bħala ‘il-belt tal-fatat’. Din saret magħrufa ħafna wara 1960 minħabba li nbnew diversi lukandi lussużi. B’hekk Varosha saret l-iktar destinazzjoni famuża fid-dinja. Nies ta’ fama internazzjonali bħal Elizabeth Taylor, Brigitte Bardot, Paul Newman kienu jiġu hawnhekk għall-btajjel tagħhom.

4. Nikosija               

  • Din hija l-kapitali ta’ Ċipru u tinsab fil-qalba tal-gżira.
  • Fiha ssib it-Triq Ledra li hija triq mimlija ħwienet li tirrappreżenta l-qasma bejn in-naħa Griega, fuq in-naħa ta’ Isfel, u n-naħa Torka lejn in-naħa ta’ Fuq
  • Hemm ukoll il-Katidral ta’ Santa Sofia, li huwa post ieħor interessanti fiċ-ċentru ta’ Nikosija. Dan il-Katidral Gotiku kien kattoliku iżjed inbidel f’Moskea mal-ħakma Musu Din hija l-Moskea ewlenija ta’ Nikosija u l-ikbar bini storiku li jeżisti hemmhekk. Hawnhekk ġew inkurunati diversi rejiet ta’ Ċipru.
  • Büyük Han huwa bini storiku ieħor importanti. Kien mibni mill-Ottomani u huwa kkaratterizzat minn ġnien imdawwar bl-arkati. Dan kien jissejjaħ caravanserai li jfisser post fejn wieħed jieqaf biex jistrieħ u jorqod waqt li jkun qed jivvjaġġa. Għal diversi snin dan serva wkoll bħala ħabs u llum l-ġurnata hemm ħafna ħwienet tal-kafè u tas-souvenirs.
  • Hemm il-Katidral ta’ San Ġwann Evanġelista li ġie mibni fis-seklu 14. Fih hemm xogħol tal-injam u linef tal-kristall li jagħmlu kuntrast mal-faċċata pjuttost fqira. Hija l-unika knisja taż-żona fejn għad fadal l-affreski f’kundizzjoni tajba.
  • Attrazzjoni ohra li naraw hija l-palazz tal-isqof. Hija r-residenza tal-isqof u ġiet mibnija fis-snin 50.

Travel Mall se jorganizza Tours għal Ċipru ta’ Fuq.

It-tluq isir kull ġimgħa  |  Mis-Sibt sas-Sibt |  01 Lulju – 30 Settembru 2023 fuq bażi Full Board.

Wieħed se jkun qed joqgħod fil-lukanda Acapulco Beach Club & Resort Hotel. Din għandha bajja b’ramel u b’baħar mill-isbaħ. Għandha sbuħija naturali, b’flora u fawna impressjonanti li jagħmlu waħda mill-isbaħ villaġġi għall-vaganza fiċ-Ċipru ta’ Fuq.

Il-prezzijiet jinkludu

  • Titjiriet tal-Emirates – Malta / Larnaca / Malta
  • Taxxi fuq l-ajru, soprataxxa tal-fjuwil u ħlas tas-servizz
  • 7 iljieli akkomodazzjoni fi kmamar bungalow
  • “Full Board Plus” (Kolazzjon buffet miftuħ, ikla u pranzu. Xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku lokali bla limitu waqt l-ikel u l-pranzu.)
  • Trasferimenti tal-ajruport tar-ritorn
  • Servizz ta’ rappreżentant Malti

Għal iktar dettalji tista’ żżur  https://travelmall.mt/shop/stellinas-holidays-tours/acapulco-beach-club-resort/ u https://travelmall.mt/wp-content/uploads/2023/03/North-Cyprus-1.pdf

           

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com