Xnigħat dwar apps tal-ikel miċħuda

Jekk bħalissa qabdek il-ġuħ u trid tordna tiekol, serraħ moħħok li la l-app tal-Bolt u lanqas tal-Wolt ma’ ġew iħħekjati.
Ikkonfermaw dan iż-żewġ kumpaniji, wara li mill-bieraħ filgħaxij bdew jintbagħtu messaġġi b’xnigħat dwar l-apps.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ma daħal l-ebda rapport dwar xi użu malizzjuż ta’ dawn l-apps.