9 Tradizzjonijiet tal-Għid

Dawn li ġejjin huma tradizzjonijiet li kienu jew għadhom isiru f’bosta lokalitajiet f’Malta.
1. Minflok il-qniepen tindaqq iċ-ċuqlajta
2. Il-bnadar jittajru mezz’asta
3. L-ikla tkun qaqoċċ u bebbux tal-aljoli
4. It-tfal ma kinux jitħallew jilagħbu fit-toroq
5. Isiru seba’ visti
6. Fil-Ġimgħa l-Kbira joħorġu l-purċissjonijiet
7. In-nisa jimxu ħafja u l-irġiel jorbtu l-ktajjen
8. Isir it-tberik tal-bajd u l-figolli
9. Ħadd il-Għid jinħareġ l-Irxoxt