Fi New Zealand ikkanċellata kompetizzjoni għal qtil tal-qtates
Fi New Zealand ġiet ikkanċellata kompetizzjoni tat-tfal għall-kaċċa u qtil ta’ qtates abbandunati wara rabja kbira mill-pubbliku u minn gruppi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali.
Din il-kompetizzjoni kienet bħala parti minn ħidma biex jiġu protetti speċi indiġeni fi New Zealand, u li fiha kienu se jieħdu sehem studenti ta’ skola li għandhom taħt l-14-il sena.
L-avveniment tħabbar nhar is-Sibt li għadda, iżda l-organizzaturi kellhom jikkaneċċelawh jumejn wara.
Minkejja li l-qtates huma pets popolari fost in-nies fi New Zealand, il-qtates ta’ barra qed joqtlu annimali selvaġġi oħra.
Din il-problema hija wkoll fl-Awstralja, tant li l-qtates ta’ barra huma theddida għal aktar minn 100 speċi indiġeni fosthom għasafar, żrinġijiet u mammiferi.
Ritratt: Getty Images