Ġej xi sajf b’baħar mimli bram?

 Ġej xi sajf b’baħar mimli bram?

F’dawn l-aħħar jiem, ix-Xlendi u l-Armier kienu invażati minn bram kulur blu. Dan qajjem il-mistoqsija jekk il-baħar se jkunx mimli bram dan is-sajf.

Għalhekk STRADA RJALI tkellem mal-Professur Alan Deidun, espert fl-ambjent marittimu. Jgħidilna iktar dwar dan il-bram.

“Dawn jisimhom ‘qlugħ’ bil-Malti (by-the-wind sailor), billi din l-ispeċi tixbah dgħajsa żgħira tal-qlugħ (sailing boat). Bil-‘qlugħ’ joħroġ barra mill-ilma u huwa magħmul mill-istess materjal (chitin) tal-ġwienaħ tal-insetti. Hija waħda mill-ftit bramiet fl-ibħra tagħna li għandha isem bil-Malti.”

Imma dawn il-bram iniggżu?

“Filwaqt li l-brama komuni hija vjola/roża, jisimha mauve stinger, u tidher is-sena kollha u tniggeż, il-by-the-wind sailor tidher biss fil-bidu tar-rebbiegħa u ma tniggiżx għax għandha tniggiża dgħajfa ħafna. Trid tmiss ħafna minnhom u mbagħad trid tmiss wiċċek biex ikunu ta’ periklu. Dan ifisser li ma hemmx għalfejn jinġabru mill-baħar. Xħin imutu, il-kulur kaħlani skur jinxef u jsiru qishom biċċiet plastik ileqq fuq ix-xtajiet. “

U das-sajf se jkollna baħar mimli bram?

“Kmieni wisq biex inkunu nafu imma minn dak li nafu s’issa (ċioe, li l-qatgħa kbira ta’ mauve stingers dehret kmieni din is-sena u billi ma kellniex xitwa kiesħa bħas-sena l-oħra, il-ferħ tal-bram seta’ jibqa’ jiżviluppa), donnu li din is-sena, in-numri l-kbar ta’ bram se jkunu mietu sal-bidu tas-sajf li ġej. Dan ma jfissirx li mhux se jkun hawn xejn bram is-sajf li ġej imma li sippost in-numri se jkunu ferm iżgħar minn dawk tas-sena l-oħra.”

Sir af iktar fuq dan permezz tal-kampanja Spot the Jellyfish.

Inti tibża’ mill-bram?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com