Ġuvni ta’ 18-il sena bi ġrieħi gravi f’ħabta
Ġuvni ta’ 18-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta fl-Imqabba.
Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq Ħal Kirkop, l-Imqabba.
Għall-ħabta tas-14:00pm, il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident tat-traffiku.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena residenti Ħal Qormi u vettura misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, u ambulanza ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għall-kura. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.