Identifikata l-persuna li wasslet għall-mewt ta’ Marie Claire Lombardi

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat l-persuna li kienet ħalliet materjal jiżloq fi Triq l-Imdina u li kawża t’hekk Marie Claire Lombardi ta’ 45 sena, li kienet qed issuq mutur, tilfet ħajjitha.
Din il-persuna, mistennija titressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo, akkużata b’omiċidju involontarju, fost oħrajn.
Il-Pulizija tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.