Ikkonfiskati tmint iklieb mir-residenza ta’ Galea fl-Imsida

 Ikkonfiskati tmint iklieb mir-residenza ta’ Galea fl-Imsida

Ilbieraħ filgħaxija uffiċjali mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali kkonfiskaw tmint iklieb li kienu għadhom fir-residenza ta’ André Galea fl-Imsida li ma kinux qed jgħixu f’kundizzjonijiet tajba. L-uffiċjali kienu assistiti mill-Pulizija u l-veterinarji.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said irringrazzjathom tal-ħidma li wettqu biex ġew salvati l-klieb.

Dan l-ikkonfiskar sar wara l-inċident li seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.

Ilbieraħ STRADA RJALI tkellmet ma’ ġirien ta’ Galea, fejn qalu li huma rrapportaw kemm-il darba dwar krib ta’ klieb li kienu jinstemgħu li m’humiex f’kundizzjoni tajba, tant li l-għassa kienu drawhom u jgħidulhom ‘tas-soltu’.

Intant, nhar it-Tnejn stess STRADA RJALI bagħtet xi mistoqsijiet dwar il-każ lid-Dipartiment għal-Ħarsien tal-Annimali, u li sal-ħin tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-artiklu għadha ma rċivietx tweġibiet għalihom.

Ritratt: Alicia Bugeja Said FB

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com