Il-festa ta’ San Girgor – tradizzjoni li ilha mis-seklu 16
L-Ewwel Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor. Festa tradizzjonali li tmur lura sa mill-1500. Din kienet tradizzjonalment festa f’forma ta’ pellegrinaġġ li kienet tinvolvi bosta konfraternitajiet mill-parroċċi kollha madwar Malta.
Saħansitra kien hemm pika ta’ liema standard parrokkjali kellu jieħu d-dritta fejn kien hemm inkejja bejn in-Naxxarin u l-Karkariżi.
Il-Pellegrinaġġ kien isir permezz ta’ mixja twila mill-Imdina fejn it-tmiem tiegħu kien ikun fiż-Żejtun bid-daqq tal-kitarri u l-għannejja Maltin, ikel Malti u logħob antik fosthom ukoll it-tombla.
Hemm min isostni li din il-festa bdiet bħala ringrazzjament lil Alla li ħeles lil pajjiżna minn pesta fl-1519. Il-qofol dejjem kien ikun quddies ikkonċelebrata bil-kbir u li kienet ittul fil-ħin.
Bosta jkunu dawk li sellmu lil din il-festa tal-lum fosthom Żwieten, storiċi, u l-poplu Malti u saħansitra Għawdxin. Tradizzjonalment issir ukol l-ewwel għawma.