Il-kaċċa għas-summien se tibda minn nhar it-Tnejn
Min-nhar it-Tnejn li ġej se jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għas-summien u se jibqa’ għaddej sal-aħħar ta’ April. Il-kaċċa tista’ ssir minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar fil-ġranet kollha tal-istaġun.
Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Għawdex li huwa responsabbli mill-kaċċa.
Il-kwota nazzjonali hija ta’ 2,400 summiena, kull summiena li tiġi kkaċċjata għandha tiġi rrappurtata immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.