Imnedija r-raba edizzjoni ta’ ‘The Mqabba 5K’ b’risq ALS Malta b’risq Dar Bjorn

 Imnedija r-raba edizzjoni ta’ ‘The Mqabba 5K’ b’risq ALS Malta b’risq Dar Bjorn

Ir-raba edizzjoni ta’ ‘The Mqabba 5K’ b’risq ALS Malta u Dar Bjorn organizzata mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju Mqabba se ssir nhar it-Tnejn, 1 ta’ Mejju. L-attività se tkun tikkonsisti minn ġirja u mixja fuq distanza ta’ ħames kilometri għall-kbar u ġirja għat-tfal fuq distanza ta’ żewġ kilometri u nofs. Għat-tieni sena konsekuttiva l-attività se tinkludi wkoll ‘wheelchair race’ esklussivament għal persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. L-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment qed tkun mgħejjuna finanzjarjament mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.

Il-kordinatur tal-attività, Glenn Muscat, esprima s-sodisfazzjon tiegħu u tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju għall-mod kif qed tevolvi l-attività u li issa saret parti mill-kalendarju sportiv ta’ dawk dilettanti ta’ dan li sport.

Bjorn Formosa, Chairperson ta’ ALS Malta rringrazzja lis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u lill-Ministeru għall-impenn tagħhom favur soċjetà aktar inklussiva. Żied jgħid li permezz tal-fondi li se jinġabru se jkunu qed jittejbu s-servizzi li toffri Dar Bjorn lil persuni bl-ALS, MS u kundizzjonijiet newroloġiċi oħrajn permezz ta’ kura 24/7 u trattamenti speċjali.

Reġistrazzjonijiet għal din l-attività jistgħu jsiru fuq https://www.talgilju.com/the-mqabba-5k-run/the-mqabba-5k-registration-from/.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm is-Sindku tal-Imqabba Grace Marie Zerafa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com