Inċident f’Birkirkara jħalli persuna bi ġrieħi gravi
Persuna qed isofri ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ, fi Triq Dun Gejtanu Mannarinu, f’Birkirkara.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara u karozza misjuqa minn mara ta’ 31 sena, residenti wkoll Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.