Ara: Dance (Our Own Party) ta’ The Busker mal-Musea Orchestra

 Ara: Dance (Our Own Party) ta’ The Busker mal-Musea Orchestra

Illum ħareġ il-video mużikali tal-verżjoni orkestrali tal-kanzunetta Maltija rebbieħa għall-Eurovision Dance (Our Own Party) ta’ The Busker flimkien mal-Musea Orchestra taħt id-direzzjoni tas-Surmast żagħżugħ Matthew Bugeja ta’ 20 sena.

Il-video, b’xenarju spettakori tal-Forti Sant’ Anġlu, ġie ppubblikat fuq il-YouTube Channel uffiċjali tal-Eurovision li għandu ‘l fuq minn ħames miljun segwaċi.

Fl-ewwel ftit sigħat mill-pubblikazzjoni, il-filmat kellu numru ta’ kummenti pożittivi, fejn bosta saħansitra qalu li Dance (Our Own Party) hija kanzunetta differenti minn dak li normalment jisimgħu minn pajjiżna għal din il-kompetizzjoni.

Ritratt: Musea Orchestra

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com