Karattri ta’ Nickelodeon se jirritornaw il-Belt

 Karattri ta’ Nickelodeon se jirritornaw il-Belt

Bumble Bee ta’ Transformes se jkun fi Strada Rjali l-Belt nhar is-27 u t-28 ta’ Mejju bħala parti mill-attivitajiet tan-Nickelodeon Treasure Hunt Malta.

F’dawn il-jumejn il-familji se jkollhom numru ta’ attivitajiet b’karattri popolari fosthom SpongeBob SquarePants, Baby Shark u Paw Patrol; dawn tal-aħħar se jkunu akkumpanjati mill-membri tal-Korp tal-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Apparti dawn l-attivitajiet fil-belt kapitali, il-familji se jkunu jistgħu jiskopru aktar lil Malta permezz tal-Heritage Malta Trail, b’offerti speċjali għad-dħul ta’ ċertu atrazzjonijiet u mużewijiet.

Fi tmiem l-attivitajiet kemm is-Sibt u anke l-Ħadd se jkun hemm parati spettakolari li tibda minn Triq ir-Repubblika u tibqa’ sejra sa Pjazza Tritoni.

L-attivitajiet kollha fin-Nickelodeon Treasure Hunt se jkunu b’xejn mingħajr il-bżonn ta’ reġistrazzjoni jew biljetti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com