“Konna ilna nirrapportaw tant li l-għassa drawna” – ġirien ta’ sid il-klieb fl-Imsida

 “Konna ilna nirrapportaw tant li l-għassa drawna” – ġirien ta’ sid il-klieb fl-Imsida

Aħna nibżgħu ngħaddu minn quddiem dik ir-residenza, nirrapportaw kemm-il darba meta nisimgħu l-krib ta’ kelb, jieqfu għal ftit ħin u wara nerġgħu nisimgħu l-istess. Xi ħaġa li ilha għaddejja. Fil-fatt, l-għassa drawna nċemplu, tant li meta nirrapportaw iwiġbuna ‘għall-istess wieħed?’

Hekk esprima wieħed mill-ġirien ta’ Andrè Galea mas-sit STRADA RJALI.

“Nhar il-Ħadd li għadda, il-krib beda jinstema’ minn kmien filgħodu, f’temp kiesaħ u bix-xita… karba ta’ kelb bil-ġuħ u mdejjaq. Baqa’ għaddej sa tard wara nofsinhar żgur. Smajnigħ mil-bogħod tant li kellna ngħallqu l-aperturi għaliex kien insaportabbli.”

Intqal ukoll li sid il-klieb għandu aktar minn dawk iż-żewġt iklieb li deheru fil-filmati.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com