L-Arċisqof jaħsel riġlejn Bjorn

Bjorn kien wieħed mill-persuni li ftit tal-ħin ilu l-Arċisqof Charles Scicluna ħasillu riġlejh.
Viżibbilment emozzjonat, Bjorn deher jibki f’dan il-mument. Fil-fatt kiteb, “Episodju f’ħajti emozzjonanti. Ninsab komoss. Din għal dawk kollha b’kundizzjoni newreloġika.”
Dan il-mument fakkarna fil-mument li Bjorn iltaqa’ ma’ Papa Franġisku.
Illum qed tiġi ċċelebrat Ħamis ix-Xirka fejn isir il-ħasil tar-riġlejn.