L-istorja wara l-aktar ritratt li rawh nies
Kont fil-post it-tajjeb fil-ħin it-tajjeb. Hekk qal il-fotografu li ħa r-ritratt li l-aktar li rawh nies; jiġifieri l-wallpaper tal-Windows XP, dawk li twieldu fis-snin disgħin żgur jiftakruh waqt xi lezzjoni tal-IT. Ir-ritratt, miġbud minn Chuck O’Rear ittieħed f’Jannar tal-1996.
F’intervista huwa qal li kien dejjem ikollu kamera tar-ritratti miegħu, u minkejja li llum huwa normali li jintuża l-Photoshop, il-fotografu qal li dak iż-żmien ir-ritratti kieku jittieħdu bil-film, allura dak li kont tiġbed kien jiġi żvilluppat f’ritratt.
O’Rear qal ukoll li għadu ma jafx għala l-Microsoft għażlu r-ritratt tiegħu biex jintuża bħala wallpaper.
Ritratt: Chuck O’Rear