Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ħa xokk u waqa’ minn fuq sellum

New ambulance fleet
Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Luqa jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ħa xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem, kawża t’hekk huwa waqa’ minn fuq is-sellum li kien fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu f’maħżen fi Triq l-Iskultur, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku. Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax- Xogħol, għadhom għaddejjin.