Raġel iweġġa’ gravi wara li allegatament qala’ daqqiet b’arma f’wiċċu

Marokkin ta’ 22 sena li joqgħod Birżebbuġa ġarrab ġrieħi gravi wara li allegatament kien aggredit minn persuna b’arma li taqa’ u bil-ponta fil-venda tal-linja l-Belt.
Ir-raġel mar iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana b’xi ġrieħu f’wiċċu u b’daqqa fl-istonku. Il-Pulizija ġew informati b’dan il-każ.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u mill-investigazzjoni li saret irriżulta li l-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs. Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha rigward il-każ.