Raġel jinżamm arrestat wara li weġġa’ 2 pulizija

Raġel ta’ 36 baqa’ jinżamm arrestat.
Dan wara li lbieraħ ikkaġuna ġrieħi fuq żewġ Pulizija waqt rapport fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-Qawra.
Huwa ġie mixli wkoll li naqas milli jobdi l-ordnijiet, irreżista l-arrest, irrifjuta li jagħti d-dettalji tiegħu u li kiser il-boni-ordni.
Fil-Qorti r-raġel qiegħed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Ritratt: The Malta Police Force