Raġel li qatel lil martu hu u jirriversja jeħel €2,000 multa
Raġel ta’ 78 sena li qatel lil martu huwa u jirriversja l-vann tiegħu l-Buskett 6 snin ilu ġie mmultat €2,000. Dan wara li nstab ħati b’negliġenza fis-sewqan.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat ikkunsidrat l-età, is-saħħa fraġli tar-raġel u ċ-ċirkostanzi sfortunati marbuta ma’ dan il-każ.
L-inċident seħħ f’Awwissu 2017, fi Triq l-Imnarja, Ħad-Dingli. L-akkużat saqsa lil martu biex tassistih jirriversja minn ġo parkeġġ għal triq prinċipali. Huwa u jirriversja, laqatha, u mietet ftit wara kawża tal-ġrieħi li ġarrbet.
Ritratt: Justice