Se tisimgħu b’kelma ġdida f’Malta, Gritos!

 Se tisimgħu b’kelma ġdida f’Malta, Gritos!

Din il-kelma Gritos xi tfisser?

Gritos hija kelma Spanjola li tfisser għajjat.  Danny Moya u Lizeth Espitira; huma l-fundaturi ta’ Gritos Entertainment f’Malta.

U għala se nisimgħuha?

Din il-kelma se tkun qed tidwi iktar mis-soltu għaliex din il-kumpanja se ġġib f’Malta, f’Mejju li ġej, waħda mill-aqwa orkestri tas-salsa fid-dinja; Guayacan Orquesta.

Dan il-kunċert se jittella’ fil-5 ta’ Mejju fit-Teatru Orpheum, il-Gżira.

Jekk inti tħobb ż-żfin Latin Amerikan, dan il-kunċert żgur ma għandekx titilfu.

Għal iżjed informazzjoni, żur is-sit; www.gritosentertainment.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com