Sitt żgħażagħ iweġġgħu f’inċident f’Ta Qali

New ambulance fleet
Erbgħa żgħażagħ weġġgħu gravi u tnejn oħra ħafif f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ f’nofsilejl f’Ta’ Qali.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Toyota Tercel li kienet misjuq minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Siġġiewi ħabtet ma’ arblu.
Fil-vettura kien hemm ukoll żewġ ġuvintur ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi, tfajla ta’ 18-il sena li toqgħod Ħal Għaxaq u żewġ tfajliet oħra ta’ 16-il sena residenti s-Siġġiewi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom.
Iż-żgħażagħ kollha ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura.