Terremot b’qawwa ta’ 4.5 f’Malta

Iċ-Ċentru Siżmiku fi ħdan l-Università ta’ Malta qal li seħħ terremot f’Malta.
It-terremot li kellu qawwa ta’ 4.5 seħħ dalgħodu fit-8.06, madwar 100km fin-nofsinhar ta’ Malta.
Dan ikompli bis-sensiela ta’ terremoti li kellna aktar kmieni din is-sena. L-attività sismika għadha għaddejja u tista’ ddum diversi ġimgħat jew xhur.