Tikolx dawn il-prodotti jekk inti allerġiku għas-sulfati

 Tikolx dawn il-prodotti jekk inti allerġiku għas-sulfati

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku dwar  il-prodotti ta’ hawn taħt.

Fi stqarrija, huma spjegaw li wara li saru xi analiżi, dawn il-prodotti ma għandhomx jiġu kkonsumati minn persuni allerġiċi għas-sulfti (sulphites), peress li dawn instabu fil-prodotti msemmija mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta.

Deskrizzjoni tal-prodott: Pitted Apricots
Dittà: Simpler Cheaper
Data tad-durabbilità: Best Before: 13/12/2023
Data tal-ippakkjar: 16/02/2023
Deskrizzjoni tal-prodott: Golden Raisins
Dittà: Country
Data tad-durabbilità: Best Before End: December 2023
Numru tal-lott: 1121/026.21

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com