TWISSIJA: Din il-kappa tat-toothbrush tista’ tkun ta’ periklu għat-tfal

 TWISSIJA: Din il-kappa tat-toothbrush tista’ tkun ta’ periklu għat-tfal

L-MCCAA tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar is-sejħa lura tat-toothbrush tat-tfal Mentadent Kids toothbrush 2-6 years (EAN code 8000630057162).

Il-manifattur qiegħed jagħmel volontarjament bħala miżura ta’ prekawzjoni minħabba perikli. Il-manifattur qal li l-kappa ta’ din it-toothbrush tista’ potenzjalment tifga’ lit-tfal f’każ li din tinbela’ aċċidentalment.

Minħabba f’hekk, l-MCCAA qed tieħu passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-manifattur qiegħed jirrakkomanda sabiex konsumaturi li xtraw dan il-prodott jiddisponu mill-kappa filwaqt li jistgħu jkomplu jużaw it-toothbrush.

Il-konsumaturi jistgħu wkoll jirritornaw prodotti li huma affettwati b’din is-sejħa lura għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh, fejn dan hu obbligat li jirrimedja lill-konsumatur. Ir-rimedju jista’ jieħu l-forma ta’ sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b’wieħed sigur.

Għal kull mistoqsija jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com