Xemxi għal-lum, imsaħħab sal-aħħar tal-ġimgħa
Minkejja li llum it-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi, ma nistgħux ngħidu l-istess għall-kumplament tal-ġimgħa. Fil-fatt, l-erbgħat ijiem li ġejjin, it-temp se jkun imsaħħab, bil-Ħamis u l-Ġimgħa hemm ċans li tqattar ix-xita. It-temp jerġa’ jiftaħ għal tmiem il-ġimgħa.
Ir-riħ għal-lum mistenni jkompli jippersisti b’qawwa ta’ forza 5-6, iżda jbatti minn għada u jerġa’ jitqawwa nhar il-Ġimgħa.
Ilbieraħ niżlet medja ta’ 6.2mm ta’ xita, filwaqt li mill-ewwel ta’ Settembru sal-lum niżlet medja ta’ 551.4mm.
Ħajr lit-Temp Madwarna.