5 postijiet tal-biża’ f’Malta
![5 postijiet tal-biża’ f’Malta](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/04/Xghandek-tizra-fApril-1-1-850x560.png)
Dawn huma xi wħud mill-postijiet li jgħidu li huma tal-biża’ minħabba xi esperjenza sopranaturali jew stejjer paranormali li ġraw hemmhekk.
1. The Blue Dolphin House, il-Belt
![](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/04/96734198_10158159844826427_4755692174463467520_n.jpg)
Din id-dar tinsab fi Triq Sant’ursola. Meta Malta kien taħt l-Ingliżi kien hemm żewġ baħrin li ltaqgħu ma’ mara sabiħa. Qaltilhom biex jakkompanjawha lura d-dar. Meta waslu d-dar, talbithom jgħinuha tiftaħ il-bieb tad-dar għax ħalliet iċ-ċwievet ġewwa. B’xi mod irnexxilhom jiftħu l-bieba. L-għada rritornmw biex jiġbru ‘cigarette case’ li kien ħalla wieħed minnhom. Meta marru sabu d-dar kollha fdalijiet u l-ġirien saqsu li d-dar kienet ilha abbandunata s-snin!
2. It-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar
![](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/04/TAlla-u-Ommu-2.jpg)
Xi darba jew oħra żgur għaddejtu mit-telgħa t’Alla u Ommu. Ilna snin twal nisimgħu bl-istejjer ta’ din it-tifla titlob lis-sewwieqa jgħinuha. Ħafna jgħidu li malli kienu jieqfu biex jgħinuha, kienet tisparixxi… sakemm terġa’ taraha mill-mera.
3. Splendid Hotel, il-Belt
![](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/04/138838852_212789123822717_1476702074230886073_n.jpg)
Din il-lukanda ssibha fi Strada Stretta, li qabel kienet magħrufa għall-prostituzzjoni u għar-reati. Fis-snin 60, din il-lukanda ngħalqet minħabba qtil li kien seħħ. Kienu sabu prostituta maqtula f’waħda mill-kmamar tal-banji. Jidher li r-ruħ tagħha ma sabitx il-mistrieħ tagħha għax jgħidu li għadha tidher.
4. Dar ix-Xjaten, il-Mellieħa
![](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/04/TimesofMalta.jpeg)
Jingħad li din id-dar inbniet mix-Xitan f’ġurnata jew tlieta. Din id-dar inizjalment serviet ta’ stalla meta Malta kienet taħt il-Kavallieri. Jekk trid titwerwer, tersaqx ’l hemm għax tibda tisma’ mużika klassika tindaqq waħedha.
5. Sans Souci, Marsaxlokk
![](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/04/Flickr.jpg)
Din kienet ir-residenza tal-Professur Salvatore Pisani li nbniet madwar l-1870. Wara li miet, il-lukanda bdiet tintuża bħala lukanda sakemm spiċċat abbandunata. Kull min mar hemm jgħid li ħass sensazzjoni ta’ biża’ u paranojja.