Esklussiva – Ħamrun Spartans jegħlbu lil Birkirkara u viċin l-akkwisti ta’ Mentz u Bolanos

 Esklussiva – Ħamrun Spartans jegħlbu lil Birkirkara u viċin l-akkwisti ta’ Mentz u Bolanos

Fl-aħħar ġranet u sigħat, Ħamrun Spartans kienu tassew attivi biex isaħħu d-dipartiment tad-difiża.

Sorsi minn Ħamrun Spartans li xtaqu jibqgħu anonimi qalulna li ċ-Champions fetħu diskussjonijiet ma’ Gżira United għall-akkwist tad-difensur Brażiljan Gabriel Mentz kif ukoll ma’ Gudja United għall-akkwist ta’ Juan Bolanos.

Jidher li t-3 clubs qablu li l-plejers jiġu trasferiti fejn issa d-diskussjonijiet ikunu bejn l-Ispartans u iż-żewġ plejers.

Gabriel Mentz li għandu 24 sena huwa wieħed mill-aktar difensuri promettenti tal-kampjonat Malti u diversi clubs kienu interessati għalih bl-aktar li juru interess ikunu dak ta’ Birkirkara. Fil-każ ta’ Juan Bolanos dan għandu 31 sena u huwa meqjus bħala fost l-aqwa tal-kampjonat.

F’każ li dawn l-akkwisti jkunu finalizzati dawn jingħaqdu mat-3 difensuri stabbiliti Steve Borg, Emerson Marcellina u Bjelicic. Wieħed jistaqsi jekk wieħed minn dawn it-3 plejers mhux se jkun qed jiċċaqlaq ma’ club ieħor.

Taħsbu li b’dawn l-akkwisti Hamrun jerġgħu jerbħu l-kampjonat?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com