“Tal-mistħija kif il-kantant/mużiċist huwa stmat hawn Malta”

 “Tal-mistħija kif il-kantant/mużiċist huwa stmat hawn Malta”

Il-kantanta Celine Agius qasmet dak li jgħaddu minnu kantanti bħalha, dak li ma jkunux stmati.

Tistqarr kif qabel kienet toħroġ ħafna flus għall-mużika iżda din illum inbidlet. “Illum il-mużika nużaha biex nieħu gost u  nirrilassa u naqta ftit mill-ġurnata…. Qabel kont noħroġ balla flus għall-mużika…. ma ħadd xejn minn dan kollu.”

Ma’ STRADA RJALI tgħid li hemm bżonn ta’ iktar investiment.

“Nemmen li għadna lura u hemm bżonn iktar investiment fl-artisti u dejjem l-istess artisti. Kunċerti qed jiġu organizzati iktar, però billi qed jiġu organizzati u jintagħżlu l-istess nies huwa xorta inutli.”

Issostni li d-divertiment mhuwiex ikkalkulat daqs servizz ieħor.

“Immorru nsaqqfu wiċċna biex indoqqu ġo diversi bars u nagħmlu gigs, però tal-mistħija kif il-kantant/mużiċist huwa stmat hawn Malta. Hija umiljanti kif iġagħluk tħossok li qishom qed jagħmlulek pjaċir. Jistmawk ta’ żibel u jinsew li entertainment huwa wkoll servizz bħal kwalunkwe servizz ieħor.”

Iżżid tgħid li kulħadd għandu jingħata opportunità. “Imbilli tagħtu ċans lil nies oħra mhux se tagħmlu ħsara. Hawn diversi nies kapaċi. M’hemmx għalfejn noqogħdu nitkarrbu qisna tallaba, imbilli ma għandniex l-isponsors imqabbdin mal-warrani ma jfissirx li ma għandkomx tagħtu ċans lil uċuħ differenti.”

Magħna temmet tgħid, “Nemmen li min hu tajjeb għandu jibqa’ jingħata s-sapport u d-dawl li jistħoqqlu imma mhux nagħlqu l-bibien ta’ kulhħadd biex inħallu biex wieħed għall-magħżula biss.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com