Tfal Maltin jiġu l-ewwel f’Sanremo

 Tfal Maltin jiġu l-ewwel f’Sanremo

Centrestage Malta ġew l-ewwel f’The World Festival of Creativity in Schools in Muscial Theatre.

Ma’ STRADA RJALI, id-Direttriċi ta’ Centrestage Malta, Tiziana Calleja, qaltilna li se tkompli taħdem għal dawn it-tfal. “Se nibqa’ ngħallem l-arti u nimmotiva ż-żgħar biex jikbru b’saħħithom u jaffaċċjaw il-ħajja b’kunfidenza u determinazzjoni.”

Żiedet tgħid li Malta għandha tgħin iktar f’dan is-settur. “Malta għandha tgħin iktar u għandha ssir taf iżjed fuq il-ħidma li qed issir fl-iskejjel tal-Performing Arts. Agħtuna izjed opportunitajiet u spazju.”

B’rabta mar-rebħa li kisbu, Tiziana Calleja qaltilna li dawn it-tfal kien jistħoqqilhom li jirbħu. “Hard work pays off u dawn it-tfal ħaqqhom għax ħadmu u rikonoxximent sabiħ’.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com