Andrew Tate ġie akkużat bi stupru u traffikar tal-bnedmin

 Andrew Tate ġie akkużat bi stupru u traffikar tal-bnedmin

Andrew Tate ġie akkużat bi stupru u traffikar tal-bnedmin ,l-influencer kontroversjali fforma grupp ta’ kriminalità organizzata biex jisfrutta lin-nisa sesswalment.

Fir-Rumanija, ġew mixlija wkoll ħuh Tristan u żewġ persuni oħra. Kollha ċaħdu l-allegazzjonijiet kontrihom.Andrew Tate u ħuh  ġew arrestati għall-ewwel darba fid-dar tagħhom f’Bukarest fl-2022.

L-erba’ akkużati allegatament iffurmaw grupp kriminali organizzat fl-2021 biex iwettqu traffikar tal-bnedmin fir-Rumanija, u f’pajjiżi oħra fosthom l-Istati Uniti u r-Renju Unit. Mill-inqas seba’ vittmi allegatament tħaddmu mill-aħwa Tate permezz ta’ wegħdiet foloz ta’ mħabba u żwieġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com