Il-Papa joħroġ mill-isptar

Il-Papa Franġisku ħareġ mill-isptar Gemelli f’Ruma wara l-operazzjoni tal-musrana li għamel il-ġimgħa li għaddiet.
Fit-tluq tiegħu mill-isptar, il-Papa waqqaf il-karozza biex jiltaqa’ ma’ dawk preżenti. Il-kirurgu li opera lill-Papa qal li dan jinsab f’saħħtu, u jinsab aħjar minn qatt qabel.
Meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti l-Papa qal, “Għadni ħaj” filwaqt li esprima s-sogħba u d-dieqa għall-mewt traġiku tal-persuni li għerqu fil-Greċja.
Huwa żamm it-tradizzjoni li jgħaddi jitlob fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore.