In-NATO għandha tistieden lill-Ukrajna biex tingħaqad magħha: Il-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew qal li huwa tal-opinjoni li n-NATO għandha tistieden lill-Ukrajna sabiex tingħaqad magħha.
F’riżoluzzjoni li ġiet addottata wara 425 vot favur, 38 kontra u 42 astensjoni, il-PE qal li din id-diskussjoni għandha tibda minnufih hekk kif tintemm il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Sakemm tasal din il-ġurnata, il-PE, l-Unjoni Ewropea u l-alleati tan-NATO qablu li jridu jaħdmu fil-qrib mal-Ukrajna sabiex jiżviluppaw qafas temporanju għall-garanziji tas-sigurtà li jiġi implimentat wara l-gwerra.
F’April li għadda, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg stqarr li l-membri kollha tal-alleanza militari tan-NATO qablu li l-Ukrajna ssir membru.