Int fejn kont tilgħab meta kont żgħir?
![Int fejn kont tilgħab meta kont żgħir?](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/06/China-Indonesia-India-Russia-and-USA-are-five-countries-with-a-high-prevalence-of-smoking.-14-850x560.png)
Sal-bidu tal millennju, konna naraw diversi tfal u anke żgħażagħ jilagħbu fit-toroq kull tip ta’ logħob.
Il-futbol fit-toroq kien komuni f’kull belt u raħal Malti u konna naraw diversi sinjali fuq it-tarmac ta’ pitches temporarji. Apparti hekk, il-grounds tal-klabbs kienu jkunu miftuħin u fil-weekends kienu jkunu mimlija tfal, żgħażagħ u anke adulti jilagħbu.
Kif bdew in-nurseries dan il-logħob mit-toroq inqata’ u l-grounds għalqu l-aċċess liberu għalihom. Fattur ieħor huwa li żdiedu l-karozzi u spazju fit-toroq naqas u ma għadux wieħed sikur. Illum jekk it-tfal ma jkunux membri ta’ nursery kemm għandom fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom?