Int liema tim nazzjonali tippreferi?

It-Tim Nazzjonali Malti tal-futbol huwa l-aktar tim nazzjonali popolari mal-Maltin u r-raġuni wisq probabbli hija minħabba li l-futball huwa l-aktar sport popolari.

Però matul is-snin Malta għandna żewġ timijiet oħra nazzjonali li saru popolari u maħbuba mill-Maltin, dawk tal-waterpolo u rugby. Dawn iż-żewġ timijiet ġabu riżultati sbieħ ħafna fix-xena internazzjonali speċjalment dak tal-waterpolo li avvanza biex ikkompeta għal 4 darbiet fuq xulxin fil-fażi finali tal-kampjonati Ewropej.

Ħafna josservaw li ma tista’ qatt tikkumpara sport ma’ ieħor peress li l-kompetizzjoni fil-futbol hija bil-wisq aktar ħarxa u dan huwa verità.

Mill-banda l-oħra però l-waterpolo madwar id-dinja qed jikber ukoll u dan juri kemm il-Maltin f’dan l-isport għandna potenzjal u ta’ min wieħed jinvesti aktar fih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com