It-tfal Maltin imfissdin biex isiru professjonisti fl-isport?

 It-tfal Maltin imfissdin biex isiru professjonisti fl-isport?

Il-Maltin imfissdin?

Atleti Maltin li għamlu isem huma ftit, tgħoddhom fuq idejk. Dan l-argument digà semmejnieh ftit ġranet ilu.

Il-probabbiltà li l-uniku atleta li għamilha mal-elite kien il-plejer tas-snooker Tony Drago. Dejjem nagħtu tort lill-awtoritajiet però meta wieħed janalizza sewwa joħorġu ċari żewġ affarijiet. Li biex tirnexxi trid tmur tikkompeti barra minn Malta, tgħix l-ħajja ta’ professjonist u trid tissapporti tgħix barra ta’ professjonist.

Jekk inħarsu lejn il-futbol, diversi stilel Maltin ta’ età żgħira marru barra però kemm minnhom issapportew? Kemm minnhom ma ġewx home sick? Kemm minnhom ħassew in-nuqqas tal-ħajja komda ta’ Malta? Kemm minnhom kienu lesti u ppreparati għas-sagrifiċċju?

Hemm irridu naħdmu, li ma nibqgħux infissdu lit-tfal tagħna. Li l-ġenituri jkunu mgħallma jippreparaw lil uliedhom li biex tirnexxi trid taħdem, tagħmel is-sagrifiċċju u toħrog mill-comfort zone.

Int x’taħseb? It-tfal Maltin imfissdin wisq biex jagħmluha?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com