Kemm aħna professjonali fit-tmexxija tal-klabbs Maltin?

 Kemm aħna professjonali fit-tmexxija tal-klabbs Maltin?

Fil-futbol, l-atturi prinċipali huma l-plejers, huma li jidhru, huma li jilagħbu, huma li jiddeċiedu d-destin ta’ klabb. Però dawn il-plejers warajhom irid ikun hemm tim sħiħ ta’ amministraturi u nies tekniċi li jagħtu u joffru sapport.

Hawn Malta ftit hawn nies li jagħmlu dan ix-xogħol bħala full-time job tagħhom u dan mhux għax ma hawnx nies kapaċi imma għax ma hawnx klabbs li għandhom riżorsi finanzjarji biex jaffordjaw dawn in-nies. Raġuni oħra hija għax dawn l-amministraturi u tekniċi mhux apprezzati biżżejjed.

Għal ħafna uffiċjali li jmexxu dawn il-klabbs ħafna drabi dawn il-jobs jitqiesu bħala spiża żejda u anka ħela ta’ riżorsi. Illum biex taħdem full-time fl-isports, speċjalment fil-futbol l-unika tama hija li taħdem mal-Malta Football Association.

Kif dejjem ngħidu, l-isportiv Malti għandu bżonn bidla fil-mentalità, u din għandha tibda min-nies li jmexxu għax jekk dawn se jibqgħu antiki u medjokri fil-ħsieb allura qatt ma aħna se nitgħallmu u nikbru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com