Kieku inti l-kowċ x’tagħmel biex ikollna riżultati aħjar?
Malta sofriet telfa oħra din id-darba kontra l-Ukrajna ġewwa Trnava bl-iskor ta’ 1-0. Kienet wirja aħjar u aktar qalbiena mill-Maltin kontra l-qawwa Ukrena fejn għal darba oħra ġejna ppenalizzati b’2 penalties oħra kontra b’wieħed minnhom dubjuż hafna.
Wieħed jista’ jirrimarka li l-kontroll tar-referee ħafna drabi ma jkunx wieħed ekwu u nsofru ħafna minn deċiżjonijiet li jkomplu jitfgħuna lura għalkemm din ma għandhiex tkun skuża u issa li fadal iż-żmien biex nerġgħu nilagħbu hemm bżonn issir analiżi sewwa ta’ x’jista’ wieħed jagħmel aħjar għalkemm konna nafu li dan huwa grupp tal-ħadid.
Kieku inti x’tagħmel biex ikollna riżultati aħjar?