Kont taf li dawn il-ħames ingredjenti jsejħulhom hekk bil-Malti ?
Kosbor
Il-Kosbor magħruf bħala coriander jew cilantro, il-kosbor hija pjanta li tista’ tittiekel kollha kemm hi, għalkemm l-aktar partijiet minnha li jintużaw fit-tisjir huma l-weraq u ż-żerriegħa.
Kemmun
Il-kemmun bl-Ingliż nafuh bħala cumin, jiġi minn żerriegħa li tiġi mill-familja tat-tursin. Tradizzjonalment kien jintuża f’ħafna modi differenti fosthom mediċinali.
Selq
Is-selq magħruf bl-Ingliż bħala kale, Ċertu tip ta’ selq jiġi kkultivat għal raġunijiet ornamentali, biex jintużaw għal tiżjin, fostom f’bukketti tat-tiġijiet. Selq mhux ipproċessat, huwa kompost minn 84% ilma!
Klin
Il-Klin magħruf bl-Ingliż bħala rosemary, jintuża ħafna fil-kċina Maltija. Dan ukoll ġej mill-Mediterran, u għandu użu barra mill-kċina. Il-klin jintuża fi prodotti tal-ħasil tax-xagħar, prodotti tat-tindif, u fil-produzzjoni ta’ fwieħa, kemm dawk tal-ġisem u anke dawk li jfewwħu l-kmamar.
Fidloqqom
Il-fidloqqom bl-Ingliż hija magħrufa bħala borage. Kummerċjalment l-aktar li tintuża huwa biex isir iż-żejt miż-żerriegħa tagħha, pero fil-Ġermanja tintuża għas-sopop,u fil-Ligurja tintuża bħala mili fir-ravjul.