Kont taf li fi Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera hemm sienja?

Is-sienja hija apparat li jintuża biex jittella’ l-ilma mill-bir jew ġibja b’numru ta’ bramel imdendlin.
Dan l-apparat kien ikun ħafna drabi miġbud u mdawwar minn ħmar jew bagħal.



Taħt il-Ġnien Romeo Romano fil-fatt insibu ġibjun tal-ilma tax-xita, filwaqt li fil-ġnien innifsu hemm sistema ta’ irrigazzjoni bl-użu ta’ kanali għall-ilma li tmur lura għas-seklu dsatax.