L-aqwa żgħażagħ internazzjonali f’Malta
Nhar it-Tnejn 3 ta’ Lulju f’Malta se jibda jintlagħab it-tournament prestiġjuż tal-UEFA Under 19 Championship. Permezz ta’ dan it-tournament ikollna ddikjarat ir-rebbieħ Ewropej tal-futbol fil-kategorija tal-Under 19.
Peress li Malta ġiet magħżula biex torganizza dan il-kampjonat, iż-żgħażagħ tagħna se jkunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom nhar it-Tnejn kontra l-ġganti u wieħed mill-favoriti l-Italja. Il-gruppi ġew maqsuma hekk. Grupp A Malta, il-Portugall, il-Polonja, l-Italja, filwaqt li fi grupp B insibu lill-Iżlanda, Greċja, Norveġja u Spanja.
Il-logħob se jintlagħab ġewwa l-grawnd nazzjonali ta’ Ta Qali, Tony Bezzina ta’ Raħal Ġdid, il-grawnd taċ-Ċentinarju kif ukoll il-Gozo Stadium. Il-finali tintlagħab nhar is-16 ta’ Lulju ġewwa l-grawnd nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Diversi players li se jilghabu dan il-kampjonat diġà jilagħbu fl-ogħla livelli tal-kampjonati fl-Ewropa u huwa mistenni livell għoli ta’ futbol. Inħeġġu lill-partitarji u dilettanti Maltin jattendu għal din ix-xalata ta’ futbol internazzjonali filwaqt li nagħtu s-sapport liż-żgħażagħ Maltin.