L-iktar u l-ikbar fiera li kulħadd aktarx ikun qed jistenna reġgħet waslet. Il-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estate

 L-iktar u l-ikbar fiera li kulħadd aktarx ikun qed jistenna reġgħet waslet. Il-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estate

L-iktar u l-ikbar fiera li kulħadd aktarx ikun qed jistenna reġgħet waslet. Il-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estate, din id-darba ikbar minn qatt qabel.

Bejn is-6 u s-16 ta’ Lulju, Montekristo Estate se jinbidel f’ambjent maġiku li se jagħti festa ta’ kuluri għall-familja kollha.

Bl-organizzaturi oriġinali u bil-kontribut ta’ Danusan, din is-sena l-fiera se tkun ikbar minn qatt qabel. Għaliex? Għaliex fiha ħa jkun hemm dak kollu li tista’ timmaġina; affarijiet ta’ sbuħija, affarijiet tad-djar, sezzjoni tal-bidja fejn it-tfal saħanisra jistgħu jiżirgħu, xows tat-tisjir, sezzjoni tal-karozzi u opri tal-baħar, żona għall-avvenimenti bħalma huma t-tiġijiet u se tmur ukoll barra minn xtutna minn ġewwa Montekristo biż-żona Colours of the World fejn se jkun hemm varjetà ta’ prodotti minn postijiet madwar id-dinja.

Gost huwa garantit għat-tfal ukoll. Se jkun hemm l-akbar bouncing castle, sand crafts, ride-ons kif ukoll treasure hunt li tista’ twassalhom biex jirbħu rigali!

U jekk tixtieq iġġib il-pet tiegħek, tista’ wkoll. Se jkun hemm żona ddedikata għal dawn il-ħlejjaq fejn fiha se ssib dog park u anke offerti speċjali fuq aċċessjori u prodotti relatati.

Kif tkun hemm, tista’ tgħaddi tixtri xi ktieb ukoll għaliex b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, se jkun hemm pubblikaturi Maltin bil-kotba għall-bejgħ u rokna ta’ qari għat-tfal.

Kuljum se tpaxxi mhux biss għanejk imma anke widnejk. B’stage armat, kull lejl se jingħalaq b’kunċert minn artisti lokali.

U tista’ titlaq b’rigal kbir bħal vaganza għal tnejn, inklużi t-titjiriet u akkomodazzjoni għal seba’ ljieli f’Dubai, grazzi għal ROCS Travel.

Id-dħul għall-fiera huwa ta’ €3, filwaqt li tfal ta’ taħt it-8 snin jidħlu b’xejn. Kull tifel u tifla se jingħataw vawċer għal dħul b’xejn ġewwa l-Aquarium Nazzjonali, u ġewwa r-ROCS kids area f’The Point, Ta’ Sliema. L-adulti kollha li se jagħmlu użu mill-parkeġġ ta’ Montekristo se jingħataw tazza b’xejn biex tintuża ġewwa l-fiera bħala parti mill-kampanja biex jitnaqqas l-użu tal-plastik li jintuża darba biss.

Grazzi għall-Green Pak, se jkunu qed jinġabru l-batterji, li għal kull waħda se tingħata donazzjoni lil Hospice Malta.

Tinsiex, il-Fiera l-Kbira, ikbar minn qatt qabel, kuljum bejn is-18.30 u nofsillejl, mis-6 sas-16 ta’ Lulju.

Għal iktar informazzjoni segwi għamel l-paġna https://www.facebook.com/fierakbira  jew żur  www.fierakbira.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com