Malta tirbaħ 3 midalji tad-deheb – Special Olympics

Il-Logħob Dinji tal-Olimpjadi Speċjali qegħdin jikompettu fihom aktar minn 7,000 atleti b’diżabilità intellettwali minn 190 pajjiż differenti. L-Ispecial Olympics bdew fis-17 ta’ Ġunju u jintemmu fil-25 ta’ Ġunju 2023.

It-tim Malti rebaħ tliet midalji tad-deheb, fil-Logħob Dinji tal-Ispecial Olympics 2023 f’Berlin, fl-Atletika (200m), Bowling (Unified Team Sport), u fiċ-Ċikliżmu (15K Road Race) u kif ukoll midalja tal-fidda fl-Atletika (800m).

Id-delegazzjoni Maltija kkompetiet f’ħames dixxiplini sportivi diferenti: fl-Atletika, il-Bowling,
Ċikliżmu, Golf, Għawm, u Table Tennis.

Id-Delegazzjoni Maltija tikkonsisti fi 22 atleta u ħames timijiet.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com