Malta vs L-Ingilterra

Nhar il-Ġimgħa t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jilgħab kontra l-qawwa tal-Ingilterra.
Għal din il-logħba mistennija attendenza rekord fejn mistennija jkun hemm ukoll preżenza qawwija ta’ supporters Ingliżi. Malta li ftit ġranet ilu rebħet kontra l-Lussemburgu mistennija tkun bl-aqwa tim possibbli u żgur dan se jkun test qawwi minħabba il-fiżiċità tal-plejers stilel tal-Ingilterra.
Din il-logħba hija valida għall-kwalifikazzjoni tal-EURO 2024.