Malta vs L-Ingilterra

 Malta vs L-Ingilterra

Illejla fid-8:45 fl-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, Malta tilgħab kontra l-qawwa tal-Ingilterra.

Quddiem prattikament ground mimli l-plejers Maltin għandhom test iebes ħafna. Il-valur tekniku u anke finanzarju bejn iż-żewġ timijiet huwa wieħed enormi u d-differenza hija xi ħaġa immaġinabbli.

Biex inpoġġukom fl-istampa, l-istilla ta’ Tottenham, Harry Kane, jaqla’ 400,000 sterlina fil-ġimgħa u l-aktar plejer tan-nazzjonal Malti mħallas jaqla’ 1,000 ewro fil-ġimgħa u bl-inqas wieħed 500 ewro fil-ġimgħa, Teddy Teuma mhux inkluż.

Aħna ta’ Strada Rjali nħeġġu lill-Maltin kollha biex jagħtu s-sapport kollu lit-tim nzzjonali tagħna l-Maltin. Forza Malta!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com