Malta vs l-Ukrajina

llum Malta se tilgħab ir-raba’ logħba tagħha ta’ grupp Ċ f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2024.

L-avversarji tagħna se jkunu l-Ukrajina li sa issa lagħbu żewġ logħbiet u kisbu rebħa u telfa għal total ta’ 3 punti. Din il-logħba suppost kellha tintlagħab ġol-Ukrajna imma minħabba l-gwerra li għaddejja bħalissa minflok f’Kiev se tintlagħab ġo Trnava fis-Slovakkja.

Din mistennija tkun logħba oħra diffiċli kontra tim nazzjonali li fl-aħħar snin wera l-qawwa tiegħu f’diversi fażi finali ta’ tournaments internazzjonali.

Nawguraw lit-tim nazzjonali Malti riżultat pożittiv.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com